[Aġġornata] Adrian Delia d-dar ta' Frederick Azzopardi...jiddiskutu l-co-option

Wara l-attività f'Ta Sannat Adrian Delia mar jiltaqa' ma' Frederick Azzopardi...l-laqgħa qed issir id-dar ta' Azzopardi r-Rabat, Għawdex

Id-Deputat Frederick Azzopardi
Id-Deputat Frederick Azzopardi

Il-laqgħa bejn Adrian Delia u d-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi għadha għaddejja f'dan il-ħin (23:00). Il-laqgħa qed issir fir-residenza ta' Frederick Azzopardi, bil-karozza ta' Delia tinsab barra r-residenza ta' Azzopardi. Il-laqgħa li qed issir r-Rabat Għawdex issa ilha għaddejja ftit ħin mhux ħażin.

Huwa mifhum li l-laqgħa bejn Delia u Azzopardi bdiet iktar kmieni, wara li spiċċat il-laqgħa għall-attivisti Nazzjonalisti f'Ta' Sannat, qed titratta il-kwistjoni tas-siġġu parlamentari li għandu bżonn Delia biex jidħol fil-parlament. Għall-attività tal-partitarji kienu preżenti Beppe Fenech Adami, Rosette Thake u anke Chris Said, fost l-oħrajn.

Kienet il-gazzetta ILLUM li nhar il-Ħadd li għadda żvelat kif Azzopardi kien wieħed mill-favoriti biex iċedi s-siġġu, bil-probabilità li ssir elezzjoni każwali u min ikun elett minn din l-elezzjoni każwali jċedi postu għal Delia. L-elezzjoni każwali jkollha ssir l-aktar minħabba li Marlene Farrugia tista insistiet li kull Deputat tal-Partit Demokratiku joħroġ għall-elezzjoni każwali, jekk ikun hemm bżonn. 

L-erba' Deputati li telgħu fil-Parlament b'elezzjoni każwali, u allura jekk jirreżenjaw ma jkunx hemm bżonn ta' elezzjoni każwali oħra, ma jridux jagħmlu l-wisa' għal Delia. 

00:30 - Sorsi li tkellmu mal-illum.com.mt qalu illi ma' Frederick Azzopardi għadu ma ntlaħaqx qbil u li għad fadal ħafna xi jkun diskuss.

(Iktar informazzjoni malli taslilna)

More in Politika