Il-PPE jifraħ lil Delia u jirringrazzja lil Busuttil

Joseph Daul jinsab ħerqan li jiltaqa’ Delia waqt is-summit tal-PPE li se jsir fid-19 ta’ Ottubru li ġej 

Il-President tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew Joseph Daul feraħ lil Adrian Delia li nħatar Kap tal-Partit Nazzjonalista filwaqt li rringrazzja lil Simon Busuttil tal-ħidma tiegħu matul dawn l-aħħar erba’ snin.

Daul faħħar il-proċess elettorali li kien miftuħ għat-tesserati tal-partit u qal li jinsab ħerqan li jiltaqa’ Delia waqt is-summit tal-PPE li se jsir fid-19 ta’ Ottubru li ġej.

Fl-ittra lil Simon Busuttil, Daul irrikonoxxa l-ħidma fil-ġlieda favur l-intergrità u kontra l-korruzzjoni. Feraħlu għall-ħatra l-ġdida fil-Kumitat tal-Esperti Ewropej li jagħżlu l-imħallfin fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Il-Partit Nazzjonalista huwa membru tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew fi ħdan il-Parlament Ewropew.

More in Politika