Briguglio mill-Ħodor għan-Nazzjonalisti

Cacopardo fakkar kif il-Ħodor kienu talbu lil Briguglio biex jagħtihom is-siġġu peress li kien ġie elett f’isem l-AD 

L-eksChairman tal-Alternattiva Demokratika Michael Briguglio ingħaqad mal-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema. F’Mejju li għadda Briguglio sar membru tal-PN u talab lis-Segretarju Ġenerali Rosette Thake biex isir membru tal-Kulleġġ Kunsillieri Lokali tal-partit.

F’kumment mal-ILLUM, iċ-Chairman il-ġdid tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo fakkar kif il-Ħodor kienu talbu lil Briguglio biex jagħtihom is-siġġu peress li kien ġie elett f’isem l-AD fl-elezzjoni lokali tal-2013.

Issa li Michael Briguglio huwa kunsillier tal-PN, il-kunsilliera nazzjonalisti f’Tas-Sliema telgħu għal tmienja filwaqt li hemm tliet kunsilliera oħra f’isem il-Partit Laburista.

More in Politika