Ċentru ġdid tal-Orthotics u Prosthetics se jiftaħ fil-ġimgħat li ġejjin

Il-binja mistennija tkun kompluta u tilqa' l-pazjenti fi ftit ġimgħat

Fil-ġimgħat li ġejjin fl-Isptar San Luqa se jkun qiegħed jiftaħ Ċentru ġdid għall-Orthotics u Prosthetics. Dan iċ-ċentru ġdid huwa parti mill-proġett bejn il-Gvern Malti u l-Vitals Global Healthcare.

F’kummenti li ta d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt li żar ix-xogħljiet fuq binja ġdida ġewwa San Luqa, qal li f’pajjiżna hawn madwar 14,000 persuna li kull sena jagħmlu użu miċ-Ċentru tal-Orthotics u Prostehtics. Iċ-ċentru preżenti li wkoll jinżamm fil-kumpless tal-isptar San Luqa ilu li nbena mis-snin disgħin u ma jlaħħaqx mal-ħtiġijiet tal-lum.

“F’dak li għandu x’jaqsam Prostehtics, fil-preżent darba kull sitt ġimgħat jasal speċjalista minn barra li matul ħmistax jagħmel il-każijiet kollha li jkun hawn bżonn, filwaqt li minn meta jinfetaħ iċ-Ċentru l-ġdid se jibda jkun hawn espert dejjem Malta,” qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.

Bħalissa x-xogħol fuq din il-binja għaddejj ġmielu, bil-għan li tkun kompluta u tibda tilqa’ l-pazjenti fi żmien ftit ġimgħat.

More in Politika