Marlene Farrugia tabbanduna t-tmexxija tal-PD

Id-Deputata Marlene Farrugia mhux se tkun qed tikkontesta għall-kariga ta' mexxej jew kwalunkwe kariga oħra fil-PD

Il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia se tkun qed tabbanduna l-kariga tagħha ftit xhur biss wara li ffurmat l-istess Partit, u ġimgħat wara l-elezzjoni ġenerali.

Minkejja s-suċċess tal-PD li rnexxielu jeleġġi żewġ deputati fil-Parlament, xorta ddeċidiet li mhux se tkun qed tikkontesta għall-kariga ta' mexxej tal-PD, jew kwalunkwe kariga oħra fil-Partit. Ir-raġuni li Farrugia tat għal dan hi sabiex hi tkun tista' tikkonċentra fuq sfidi oħra fil-ħajja tagħha. Dan waqt li sostniet li, "nemmen li nies oħra differenti u kapaċi għandhom ikollhom l-ispazju u l-opportunità biex jgħaġnu dan il-Partit f'dak li l-Poplu jeħtieġ biex jerġa' jikseb il-fiduċja fil-Politika Maltija."

Marlene Farrugia ħabbret dan fuq il-paġna tagħha ta' Facebook, waqt li sostniet li hi se tibqa' tikkontribwixxi fil-Partit Demokratiku.

 

 

 

More in Politika