[Aġġornata] L-eks-President tal-PN Frank Portelli se jitfa' ismu għal Kap tal-PN

Portelli kien diġa jokkupa kariga għolja fil-PN u kien ukoll kandidat għall-elezzjoni tal-PE fl-2009

Frank Portelli, mistenni jitfa' ismu għall-ogħla kariga tal-PN
Frank Portelli, mistenni jitfa' ismu għall-ogħla kariga tal-PN

Ma kienx isem li kien qed jissemma, imma fil-ħinijiet li ġejjin mistenni jitfa' ismu għall-kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli. Kien iktar kmieni illum illi s-sit timesofmalta.com żvela illi Portelli kien qed jiġbor il-firem neċessarji biex jitfa' ismu mat-tlieta l-oħrajn li se jkunu qed itellqu għal din il-kariga. Jidher illi dan seħħ u Portelli fil-fatt tefa' ismu għall-kariga ta' Kap tal-PN f'din l-aħħar ġurnata illi matulha qed jintlaqgħu n-nominazzjonijiet.

Frank Portelli, kien diġa jokkupa kariga għolja fil-PN meta kien President tal-istess partit. Dan filwaqt li kien ukoll kandidat fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2009, bl-islogan 'Lets be Frank in Europe'.  Portelli huwa voċiferu fuq diversi kwistjonijiet soċjali fosthom l-immigrazzjoni li dwarha tkellem diversi drabi, speċjalment fuq il-programm Xarabank. 

Portelli huwa kirurgu u sid ta' sptar privat. 

 

 

 

More in Politika