Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Illum tibda it-tiġrija għall-ogħla kariga tal-Partit Nazzjonalista

Chris Said u Adrian Delia jibdew bl-ewwel attivitajiet tal-kampanja tagħhom dalgħodu...jiftħu n-nominazzjonijiet għall-kariga ta' Kap tal-PN

Albert Gauci Cunningham / 17 ta' Lulju 2017 07:00
It-tliet kandidati għall-kariga ta' Kap tal-PN...s'issa
Illum tibda t-tiġrija li se tibqa għaddejja sa nofs Settembru u li se tiddetermina min se jkun il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Hekk kif issa kull spekulazzjoni li Simon Busuttil jista' jirrikunsidra l-pożizzjoni skont l-ezitu ta' waħda mill-inkjesti, inqatlet minn Busuttil stess, in-nominati se jibdew it-tiġrija. 

Dalgħodu l-Avukat Adrian Delia tefa' n-nomina tiegħu għal din il-kariga. Delia ilu li beda l-kampanja mhux uffiċjali tiegħu permezz ta' diversi laqgħat madwar il-pajjiż, f'diversi każini tal-PN. Minn naħa l-oħra Said ukoll beda l-kampanja mhux uffiċjali tiegħu. Dalgħodu Said indirizza lil media, kif se jagħmel Delia wara li jitfa' n-nomina u tefa' n-nomina tiegħu wkoll. 

Intant, kif irraportat ilbieraħ il-gazzetta ILLUM ma' Said u Delia se jingħaqad Alex Perici Calascione, filwaqt li għadu qed jaħsibha l-preżentatur ta' Radio 101 David Thake. 

Il-Kap il-ġdid tal-PN se jkun qed jieħu post Simon Busuttil, li okkupa l-kariga għal erba' snin biss. Busuttil, se jkun ukoll l-ewwel mexxej politiku mill-Indipendenza li qatt ma kien elett u/jew maħtur Prim Ministru. 

Simon Busuttil, il-Kap uxxenti tal-PN
Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook