Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Fearne fuq quddiem...200 vot se jiddeterminaw min se jsir Deputat PM

Il-Ministru Helena Dalli eliminata wara li kisbet 199 vot...Fearne minn fuq b'47 vot

Albert Gauci Cunningham / 14 ta' Lulju 2017 23:13
Chris Fearne vs. Edward Scicluna
Minkejja li inħass illi l-aħħar żviluppi fil-qasam ta' drittijiet ċivili kienu se jagħtu imbuttatura lil Helena Dalli fit-tiġrija għal Deputat Mexxej tal-PL, Dalli kienet l-ewwel waħda li ġiet eliminata mit-tellieqa għall-kariga. Hija kisbet l-inqas numru ta' voti, jew 199 vot. 

Intant il-kandidat li ġab l-aktar numru ta' voti fl-ewwel votazzjoni kien il-Ministru Chris Fearne b'296 vot u warajh, il-Ministru Scicluna b'249 vot.

Dan ifisser li għada se terġa ssir il-votazzjoni bid-delegati jagħżlu bejn Fearne u Scicluna. Minkejja li Scicluna huwa popolari u mifhum li kien l-favorit, Fearne huwa popolari ħafna wkoll ma' settur kbir ta' delegati, speċjalment minn naħa t'isfel tal-pajjiż minn fejn Fearne kiseb 10,000 vot minn żewġ distretti. Scicluna, minn naħa l-oħra ra' l-profil tiegħu bħala Ministru tal-Finanzi dejjem jikber u kien wieħed mill-aktar persuni fuq quddiem fil-kampanja Labusrista tal-aħħar elezzjoni. 

Kemm Fearne u anke Scicluna kienu meqjusin bħala fost l-iktar popolari mill-Ministri Laburisti fl-ewwel erba' snin ta' Gvern Laburista. 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook