Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Żieda ta' 10,000 impjieg full-time f'sena waħda biss

Il-qasam tax-xogħol ikompli jespandi b'żiediet ta' 5.8% f'sena....

Albert Gauci Cunningham / 14 ta' Lulju 2017 11:48
Statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblikata uriet li r-rata ta’ tkabbir fl-impjiegi żdiedet u laħqet ir-rata rekord ta’ 5.8 fil-mija.

L-istatistika b’ċifri pprovduti minn JOBS+ uriet li f’Jannar ta’ din is-sena żdiedu l-irġiel u n-nisa jaħdmu; kemm fuq bażi full-time kif ukoll dawk part-time. Meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena l-oħra, f’Jannar tal-2017 l-impjiegi full-time żdiedu b’10,133 u dawk part-time żdiedu b’1,857.

Fi stqarrija il-Gvern fakkar kif b’hekk għal xahar ieħor, 'pajjiżna reġa’ rreġistra riżultat li juri żieda fl-impjiegi u tnaqqis fil-qgħad. Taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista kien hawn 7,350 persuna bla xogħol. Il-fatt li pajjiżna ra n-numru ta’ dawk jirreġistraw jaqa’ għal terz dak li kien fl-2013, kontra l-queue ta’ nies jirreġistraw li kien ibeżża’ bihom il-Partit Nazzjonalista żewġ elezzjonijiet ilu, huwa l-aqwa ċertifikat li Malta għandha ekonomija fejn il-ġid qed jasal għand aktar nies.'

B’sodisfazzjon il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna nnota li “miżuri bħaċ-childcare centres b’xejn u tapering tal-benefiċċji qed iħallu l-frott, biex xahar wara l-ieħor, pajjiżna qed jara iktar nies joħorġu jaħdmu, speċjalment in-nisa – li żdiedu b’rata ta’ 7.5 fil-mija”. 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook