Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

203 persuna aktar jibdew jirċievu l-pensjoni tal-wens miżjuda

...żieda ta' €35 fil-ġimgħa fil-pensjoni ta dawkli jibqgħu d-dar jieġdu ħsieb lil qarib jew xi ħadd tal-familja...

Albert Gauci Cunningham / 14 ta' Lulju 2017 10:28
Aktar nies igawdu mill-pensjoni tal-wens
Ix-xahar li għadda kienu b’kollox 272 persuna li rċevew l-ewwel pensjoni tal-wens minn meta l-Gvern ħabbar riforma li permezz tagħha din il-pensjoni żdiedet kif ukoll qed tingħata lil ħafna iktar persuni. Il-pensjoni tal-wens tingħata lil dawk li jibqgħu barra minn impjieg biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb lill-qraba u nies fil-familja li jkollhom bżonn kura d-dar matul il-jum.

Fl-aħħar baġit kienet imħabbra żieda, biex issa din il-pensjoni hija ta’ €140 mill-€105 li kienet qabel, dan ifisser żieda ta’ €35 fil-ġimgħa jew mal-€140 fis-sena. B’kollox iż-żieda li ħabbar il-Gvern se tfisser illi dawk illi jibbenefikaw minn din il-pensjoni se jaraw żieda ta’ €1,820 fil-pensjoni tal-wens fis-sena.

Qabel din ir-riforma kienu biss 69 persuna li kienu jibbenefikaw, jew 203 inqas għalkemm l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għadu għaddej u allura huwa mistenni li jerġa’ jiżdied.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Silvio Grixti. 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook