Chris Said fit-tellieqa għal kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista

"...qed inxammar il-kmiem u nistieden lil dawk kollha li bħali jħobbu lill-pajjiż u lill-partit biex jingħaqdu miegħi" 

Id-Deputat Nazzjonalista Għawdxi Chris Said se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista. F'kummenti lis-sit maltatoday.com.mt Said minn Nadur u li għandu 46 sena qal lil din il-gazzetta illi hu għandu l-enerġija, l-motivazzjoni u l-esperjenza politika biex iġib lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom lill-pajjiż u l-partit flimkien, "biex il-partit jerġa jinbena mill-ġdid u jerġa jibni l-kuntatt mal-elettorat." 

 "L-aktar ħaġa faċli f'dan l-istadju huwa li noqgħod bilqiegħda u nħalli x-xogħol għal ħaddieħor....minflok qed inxammar il-kmiem u nistieden lil dawk kollha li bħali jħobbu lill-pajjiż u lill-partit biex jingħaqdu miegħi." 

Said qal li l-partit jeħtieġ jerġa jattira lura lil dawk li telquh fl-2013 u anki fl-2017. "Jeħtieġ li jerġgħu jħossuhom komdi jappoġjaw lill-partit tagħhom mill-ġdid. Ma nistgħux nibqgħu l-partit li jopponi akkost ta' kollox. Irridu nkunu l-partit li nagħmlu l-ħajja tan-nies aħjar se tkun l-ikbar priorità tagħna."



 

More in Politika