‘Jien qatt ma kont involut f’xi allegazzjonijiet, fondati jew mhumiex’

L-ewwel minn tliet intervisti mal-kontestanti għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-PL...

Il-Ministru Chris Fearne
Il-Ministru Chris Fearne

F’intervista li qed tidher f’din il-ħarġa, il-Ministru Chris Fearne, kandidat għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-PL u allura għal Deputat Prim Ministru, jisħaq illi fil-konfront tiegħu qatt ma saru allegazzjonijiet, “fondati jew mhumiex u din naħseb li hija xi ħaġa importanti fil-klima tal-lum.”

Fearne qal dan meta kien mistoqsi x’jaħseb li huma l-kredenzjali tiegħu biex ikun fil-kariga li għaliha se ssir elezzjoni aktar bejn it-13 u l-15 ta’ Lulju li ġej.

Mistoqsi jekk din l-elezzjoni hix pass eqreb lejn ambizzjoni li jkun Mexxej tal-PL, Fearne jiċħad u jgħid li hu se jibqa’ jħeġġeġ lill-PM Joseph Muscat biex idawwar fehmtu, jibqa’ Prim Ministru u jmexxi lill-PL fl-elezzjoniji ġenerali li jmiss.

Ara intervista fil-ħarġa tal-gazzetta ILLUM

 

More in Politika