Godfrey Farrugia jitla' fil-Parlament...il-PD b'żewġ siġġijiet taħt il-kappa tal-PN

B'hekk il-Parlament issa se jkun magħmul minn 37 MP f'isem il-PL, 28 f'isem il-PN u 2 f'isem il-PD 

Godfrey Farrugia, mill-ġdid fil-Parlament
Godfrey Farrugia, mill-ġdid fil-Parlament

Godfrey Farrugia, l-eks Whip tal-Partit Laburista u eks-Deputat tal-istess Partit u issa Deputat tal-PD kien elett biex b'hekk il-Partit Demokratiku se jkollu żewġ siġġijiet. Is-siġġu ta' Godfrey Farrugia, minkejja li huwa f'isem il-Partit Demokratiku, fil-Parlament se jkun taħt il-kappa tal-Partit Nazzjonalista, b'Godfrey u anke Marlene mistennijin jiffurmaw parti mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. 

Farrugia qabeż lil Antoine Borg, li kien Membru Parlamentari fl-aħħar leġiżlatura u anke lil Sam Abela li ħareġ għall-elezzjoni għall-ewwel darba. Huwa kiseb 1,080 voti fl-ewwel għadd.

Bl-elezzjoni ta' Farrugia fil-Parlament ikun ifisser li, teknikament, is-siġġijiet se jinqasmu hekk: 30 għall-PN u 37 għall-PL. Politikament, dan ifisser li s-siġġijiet se jinqasmu hekk: 37 għall-PL, 28 għall-PN u 2 għall-PD.

Teknikament imma, fil-Parlament il-PD ma jeżistix u hemm biss PD u PN, b'differenza ta' seba' siġġijiet. Dan jirriżulta minn deċiżjoni li tat il-Qorti fil-jiem li għaddew dwar il-kwistjonijiet tas-siġġijiet fil-Parlament. Il-membri tal-PD se jkunu qed jiffurmaw parti mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista.

 

More in Politika