Muscat vs. Busuttil ... lil min se jagħżel il-poplu fi żmien ġimgħa?

Għaddew erba' snin. Għada fuq il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd ILLUM analiżi taż-żewġ mexxejja politiċi...nitkellmu ma' żewġ switchers. Għalfejn dawwru l-vot tagħhom? Jikteb Saviour Balzan u jgħidilna kif u għalfejn se jivvota...

Min se jsir PM? Muscat jew Busuttil?
Min se jsir PM? Muscat jew Busuttil?

Għada l-Ħadd 28 ta' Mejju. L-aħħar Ħadd ta' qabel l-elezzjoni ġenerali u allura l-aħħar ħarġa tal-gazzetta ILLUM qabel l-elezzjoni ġenerali. Għada l-gazzetta se tħares lejn iż-żewġ kandidati għall-pożizzjoni ta' Prim Ministru ta' Malta għall-ħames snin li ġejjin. 

X'għolla, x'benġel u x'jista' jkisser liż-żewġ mexxejja politiċi? X'inhuma l-preġji ta' Joseph Muscat? Il-pajjiż mar 'l quddiem taħt it-tmexxija tiegħu? U liema każ jista' jkissru? 

U Simon Busuttil, il-politiku tal-Panama? Kemm kienet providenzjali għalih din il-kwistjoni u kemm kien ikollu ċans kieku ma kinitx il-kwistjoni tal-Panama? 

Il-gazzetta ILLUM se jkollha b'kollox 28 paġna kollha ddedikati għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta' Ġunju. Se tiltaqgħu ma' żewġ switchers, Jean Claude Micallef u Liam Sciberras. Għalfejn se jbiddlu l-vot tagħhom? Għalfejn iħossu li l-partit li vvutawlu fl-2013 m'għadux dak il-partit li jista' jagħmel differenza? 

Intant, segwu l-opinjoni ta' Saviour Balzan, Direttur Maniġerjali tal-Mediatiatoday li se jgħid kif u għalfejn se jivvota nhar is-Sibt ....

 

More in Politika