Zammit Lewis flok Muscat...kelliem tal-PM jiċħad li Muscat qed 'jaħrab'

Minflok Joseph Muscat, illejla se jkun il-Ministru Edward Zammit Lewis li se jattendi konferenza tal-Awtorità tax-Xandir 

Illejla minflok il-PM u Mexxej Laburista Joseph Muscat se jkun qed jieħu l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti Edward Zammit Lewis f'konferenza tal-Aħbarijiet organizzata mill-Awtorità tax-Xandir. F'konferenza simili nhar it-Tnejn, għall-PN mar il-Kap tal-Oppoizzjoni u tal-PN Simon Busuttil. 

Dan is-sit għamel kuntatt ma' kelliem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u staqsa x'inhi r-raġuni wara l-fatt li ilejla se jkun qed jattendi Zammit Lewis flok Muscat għal din il-konferenza. Il-Kelliem fakkar lill-illum.com.mt illi l-Awtorità tistaqsi għal rappreżentant ta' partit u mhux għal xi ħadd partikolari. L-istess kelliem ċaħad illi Muscat qed jaħrab u sostna li l-Mexxej Laburista se jkun fuq il-programm Xtra għada, se jiddibatti ma' Simon Busuttil fuq il-programm Xarabank u se jkun qed jattendi għad-dibattitu tal-stess Awtorità bejn il-mexxejja, nhar il-Erbgħa. "Jiġifieri mhux eżattament qed jaħrab Muscat," sostna l-kelliem.

More in Politika