'Qażżistu lil kulħadd...imlejtu kull pulzier bi slogans stupidi u vojta'

Grupp imsejjaħ 'Billboard Guerillas' sprejja fuq għadd ta' billboards u banners taż-żewġ partiti matul il-lejl

Grupp li qed isejjaħ lilu nnifsu bħala 'Billboard Guerillas', matul il-lejl li għadda, sprejja numru ta' bilboards u banners taż-żewġ partiti, li kienu armati madwar Malta.

Il-grupp sostnew li, "l-mod kif kull pulzier ta’ pajjiżna ġie mimli slogans stupidi u vojta hu emblematiku ta’ okkupazzjoni totali mill-PLPN tal-ispazji politiċi, mentali u soċjali tagħna."

Dak li għamlu l-bieraħ iddeskrivewh bħala "attakk simboliku fuq din l-okkupazzjoni, f'nofs kampanja elettorali soffokanti li qiegħda tkun ta’ sfida għas-sanità mentali ta’ ħafna."

Il-'Billboard Guerillas' qalu wkoll kif il-maġġoranza tan-nies ikomplu jivvotaw għall-PLPN, iżda ħafna jagħmlu dan b’rassenjazzjoni u mhux b’konvinzjoni - "jagħżlu dak li huma jqisu li bħala "l-inqas ħażin" f'sistema tant korrotta. Dan mhuwiex kif taħdem id-demokrazija. F'demokrazija vera, dawk li jkollhom il-poter huma n-nies, u mhux elite li tbiddel l-kulur iżda mhux is-sustanza."

 

 

More in Politika