'In-nies jafu li dejjem saħħaħt isem pajjiżna ... ittini ġewwa li isem pajjiżna jitkisser hekk'

Huwa jfakkar li r-reġistru 'żvelat' fil-Maltafiles huwa pubbliku u bħal Joseph Muscat u Edward Scicluna jgħid  li dak li qed jintqal dwar Malta mhux minnu

Simon Bsusuttil, waqrt konferenza ħabbar illi Gvern Nazzjonalista jibgħat messaġġ li pajjiżna huwa wieħed ġust u nadif u għalhekk jikkonsolida s-settur tas-servizzi finanzjarji. "Għalhekk se nwaqqfu high level expert group li jagħmel rakkomandazzjonijiet u jirraporta direttament lill-PM. Dan il-grupp għandu wkoll ilesti pjan li jitħaddem fuq medda ta' ħames snin. 

Ma naqbel assolutament xejn mar-rapporti li qed isiru għaliex mhu veru xejn li Malta hija xi Tax haven, għalkemm reġa asostna li pajjiżna wasal "s'hawn " minħabba Joseph Muscat. Akkuża lill-PM li ħammeġ lill-pajjiż u allura qal li Muscat ma jistax inaddaf dak li ħammeġ hu. Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti Busuttil saħaq illi ir-reġistru huwa pubbliku.

Bħal ma qal waqt il-mass meeting, Busuttil reġa qal li Muscat ma jistax jibda mill-ġdid għax m'għandux il-kredibilità, "In-nies jafu li jien dejjem saħħaħt isem pajjiżna, jien lest li npġoġġi s-saħħa tiegħi kollha biex nuru li Malta determinata li tnaddaf l-episodju ikrah li għaddejja minnu. Ittini ġewwa li isem pajjiżna qed jitkisser hekk."

"Min qed jgħid kontra s-sistema ta' pajjiżna qed jagħmel dan għax jgħir għas-sistema tagħna," sostna Busuttil.

Dwar il-kwistjioni tal-BWSC Busuttil fakkar illi t-tniġġiż kompla jonqos u qal ukoll illi aħjar Muscat "ma jiftaħlix kotba fuq il-BWSC, aħna għandna track record tajjeb fuq il-BWSC."

 

More in Politika