Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Il-PM u Keith Schembri jiċħdu li preżentaw kwerela kontra min għadda l-informazzjoni lil Busuttil

'Bla dubju ta' xejn, l-inkjesta dwar Egrant, se tikxef il-kalunja li Busuttil għamel kontra pajjiżna'

Staff Reporter / 19 ta' Mejju 2017 22:06
Il-Partit Laburista qal kif il-Kap tal-PN Simon Busuttil, illejla reġa' gideb dwar il-proċeduri li għaddejjin fl-inkjesti quddiem il-maġistrat Aaron Bugeja u Natasha Galea Sciberras. "Ma huwa assolutament minnu xejn li l-Prim Ministru jew Keith Schembri ppreżentaw xi kwerela kontra minn għadda l-informazzjoni," sostniet stqarrija tal-PL.

"Simon Busuttil tant jinsab dahru mal-ħajt u huwa mbeżża għal kollox mill-eżitu tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant, li bla dubbju ta’ xejn ser tikxef il-kalunja li huwa għamel kontra pajjiżna, illi wara li l-ewwel ipprova jtawwal iż-żmien, issa qiegħed jirrikorri għal gideb sfaċċat," żied jgħid il-PL.

"Il-fatt li tali kwerela qatt ma ġiet ippreżentata jista' jiġi faċilment skrutinizzata. Dan jista' jiġi kkonfermat kemm mal-Korp tal-Pulizija kif ukoll mill-atti tal-Qorti. Huwa fl-interess pubbliku li l-gideb perikoluż għall-aħħar ta’ Simon Busuttil issa jinkixef. Dan mhu xejn ħlief attentat ieħor ta’ Simon Busuttil li jinganna bil-poplu u joħloq instabbilita' fil-pajjiż. Din il-politika oxxena m’għandiex postha f’ pajjiżna u l-Partit Laburista ċert li l-poplu ser jiċħada darba għal dejjem nhar it-3 ta’ Gunju, 2017," temmet tgħid l-istqarrija tal-PL.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook