Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Jitnieda l-manifest elettorali tal-Partit Laburista

Waqt il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-PL, tnieda manifest bi 18-il taqsima differenti

Veronica Lynn Mizzi / 19 ta' Mejju 2017 20:21
Il-manifest elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta' Ġunju
Il-Partit Laburista nieda l-manifest elettorali tiegħu għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta' Ġunju, bit-tema 'L-Aqwa Żmien ta' Pajjiżna'.

Il-Manifest tal-PL tnieda llejla waqt il-Konferenza Ġenerali Straordinarja f'San Ġiljan. Fih, wieħed isib il-proposti kollha tal-PL għal-leġiżlatura li jmiss, bi 18-il taqsima, fosthom l-ekonomija, ix-xogħol, l-edukazzjoni, il-housing, id-drittijiet ċivili, l-arti u l-kultura, flimkien mal-qasam dwar Malta kif jidher fid-dinja.

Fost diversi proposti tal-PL, jissemmgħu żidied u titjib fl-edukazzjoni, fosthom żieda ta' €100 fuq l-ismart card u sena internet b'xejn lill-istudenti li jibqgħu jistudjaw wara s-sekondarja.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook