Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

filmat | 'Jien m'għandix dubju li Egrant hija tal-Prim Ministru'

Simon Busuttil jerġa jappella biex min għandu tagħrif t' korruzzjoni jmur għandu u jgħid illi Muscat u l-PL mhux issa biss huma "korrotti" imma anke qabel l-elezzjoni ġenerali

Albert Gauci Cunningham / 19 ta' Mejju 2017 12:53
Simon Busuttil iressaq il-files kontra keith Schembri fil-Qorti
Meta kien qed jitkellem barra l-bini tal-Qorti Simon Busuttil qal li l-provi li ġab hu, huwa skjaċċanti. Meta kien qed jitkellem dwar l-allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus bejn Keith Schembri u Adrian Hillman Busuttil fakkar: "Ta' min niftakru x'kienet ir-raġuni biex saru dawn il-pagamanti, skont Brian Tonna. Servizzi ta' konsulenza Editorjali u ta' publikazzjoni. Din ir-raġuni tgħid ħafna dwar dak li qed jiġri...nixtieqkhom tapprezzaw x'ġara.....dawn mhux korrotti, dawn kienu korrotti mill-Oppożizzjoni. Ħammġu lil kull min qiegħed fil-politika u lilna, lil pajjiżna."

"Nirringrazzja lil dawk li b'sogru kbir għalihom, għall-familja tagħhom ġew għandi bil-provi u se nwegħdhom il-protezzjoni sħiħa, kemm illum mill-Oppożizzjoni u anke jekk il-PN ikun fil-Gvern." Intant Busuttil appella biex min jaf xi korruzzjoni jew evidenza għandu jersaq għandu u jagħti informazzjoni, issa qabel l-elezzjoni. 

Busuttil fakkar li l-Maġisistrat mhux se jsib ħtija fil-każ ta' Egrant imma biss jekk prima facie, għandux ikun hemm biżżejjed provi biex il-każ ikun investigat. Huwa kompla jgħid li m'għandux dubju li Egrant fil-fatt hija tal-Prim Ministru "u lill Prim Ministrui ma nemmnu assolutament xejn."

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook