Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

'Kif salvajna l-Enemalta, konvinti li se nsalvaw l-Air Malta'

Il-Prim Ministru jħabbar li ġie ffirmat memorandum of understanding ma' operatur tat-tours Ċiniż, li mistenni jġib mal-10,000 turist ġdid fis-sena

Veronica Lynn Mizzi / 19 ta' Mejju 2017 11:54
Il-Prim Ministru sostna li kif ġiet salvata l-Enemalta, jinsab konvint li jista' jsalva lil-linja nazzjonali tal-ajru.

Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-Qawra, bi preżentazzjoni ta' proposti għall-elezzjoni fil-qasam tal-kultura u t-turiżmu, Joseph Muscat qal kif il-Gvern jinsab għaddej b'taħdidiet ma' għadd ta' msieħba strateġiċi, minn diversi kontinenti biex jissieħbu mal-linja nazzjonali Maltija.

Muscat saħaq ukoll li l-Air Malta għandha futur, u mhux se jkun qed jitkeċċa l-ebda ħaddiem. Qal kif il-preferenza tal-Gvern hija li l-maġġoranza tal-ishma jibqgħu f'idejn il-Gvern. Sostna kif mhu qed jiġi skartat l-ebda tip ta' mudell.

Il-Prim Ministru qal kif dak li ġara mal-Alitalia ta lezzjoni, u fil-fatt, il-Gvern għandu numru ta' leads u sostna li kien hemm numru ta' għażliet li ġew skartati minħabba d-due diligence.

Il-Ministru għat-Turiżmu, ħabbar ukoll li ġie ffirmat Memorandum of Understanding ma' operatur maġġuri tat-tours fiċ-Ċina, li għandu jwassal għal 10,000 turist lejn pajjiżna. Ġie spjegat kif hemm numru ta' sfidi biex eventwalment isir dan, partikolarment bil-viżas, u għaldaqstant, il-ħidma għaddejja f'dan ir-rigward.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook