Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

‘Għamel xenata biex tkun f’nofs il-kampanja elettorali’

Dwar Egrant, Muscat sostna li se jkun qed jikkunsidra l-passi kollha biex ikun jaf ‘min ħareġ bil-gidba u għaliex ġiet kordinata b’dan il-mod’

Veronica Lynn Mizzi / 18 ta' Mejju 2017 10:00
Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li dak li qal ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-konfront taċ-chief of staff, kienet biss xenata sabiex tinzerta tkun f’nofs il-kampanja elettorali.

Meta mistoqsi dwar l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus, b’mijiet ta’ eluf ta’ dollari jgħaddu bejn Keith Schembri u d-direttur maniġerjali Adrian Hillman, il-Prim Ministru qal li din kienet storja diġà magħrufa sena ilu, u issa ħarġu biss iktar dettalji.

Muscat sostna li dawn kienu kwistjonijiet ta’ negozju bejn it-tnejn li ilhom għaddejjin mill-2006, u li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ Schembri politikament.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru Muscat qal kif Busuttil irriċikla storja li hi antika sena, u li, “m’għandix dubju li Busuttil għamel dak li għamel għax jad li se jinqabad f’gibda, u qed iħawwad biex itawwal il-proċess.”

Fl-istess waqt, dwar il-każ Egrant, Muscat insista li anke wara li toħroġ l-inkjesta, se jkun qed jikkunsidra l-passi kollha li jista’ jieħu bil-liġi, “wara li jirriżulta li kienet kalunja. Irrid inkun naf personalment u anke bħala pajjiż min ħareġ biha, u kif u għaliex ġiet koordinata b’dan il-mod, jekk hux għal motivi politiċi, jew għal motivi oħra, u se nikkunsidra l-passi kollha,” żied jgħid Muscat. Dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni, Muscat sostna li “Mhux billi jgħid li m’għamilhiex hu l-akkuża. Hu kien li ħareġ in-nies fit-toroq, u kkordina dan l-attakk, u allura jrid iġorr ir-responsabbiltà ta’ dan.”

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook