Toroq magħluqin fiż-Żurrieq u n-Naxxar

Numru ta' toroq se jkunu magħluqin illum sa mit-15:00 ta' wara nofsinhar minħabba r-rallies taż-żewġ partiti

Preparamenti fiz-Żurrieq | Ritratt : one.com.mt
Preparamenti fiz-Żurrieq | Ritratt : one.com.mt

Il-Kummissarju tal-Pulizja avża li minħabba r-rallies li-żewġ partiti se jkollhom illum wara nofsinhar, numru ta' toroq fiż-Żurrieq u fin-Naxxar se jkunu magħluqin għat-traffiku u lanqas se jkun permess il-parkeġġ fihom.

Fiż-Żurrieq, mit-15:00 ta' wara nofinhar, sas-06:00 ta' għada filgħodu, Triq San Mikiel, Misraħ ir-Repubblika, Triq Mons Pietru Pawl Saydon, Misraħ Mattia Preti, Triq Dun Ġużepp Zammit, Triq il-Ħaddiem (fejn tagħmel ma’ Triq Santa Katarina) u Triq il-Qrendi, kollha se jkunu magħluqin għat-traffiku u mhux se jkun permess li karozzi jipparkjaw fihom.

Fin-Naxxar, mit-15:00 ta' wara nofsinhar sal-23:00 tal-lejla, Pjazza Vittorja u Misraħ Toni Bajada se jingħalqu .

Kemm fiż-Żurrieq, kif ukoll fin-Naxxar, il-karozzi li jitħallew f’dawn il-postijiet fil-ħinijiet imsemmija se jiġu ttowjati.

More in Politika