Investiment u inċentivi lill-SMEs li jtejbu l-ekonomija u jżidu x-xogħol

Alternattiva Demokratika jemmnu fil-proposta tagħhom ta’ Malta Zero Carbon sas-sena 2050 – iġifieri li ninqatgħu minn użu ta’ fuels li jniġġsu bħad-diesel u l-petrol

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, uffiċċjali minn Alternattiva Demokratika għamlu żjara fl-istabbiliment ta’ Magri Cycles fil-Mosta.

Permezz ta’ din iż-żjara Alternattiva Demokratika trid tenfasizza l-kontribut lejn il-ħolqien tax-xogħol ta’ kumpaniji żgħar, li huma marbutin mat-tessut soċjali u mal-komunità lokali, kif ukoll il-potenzjal ta’ ħolqien ta’ xogħol u anke kwalitàta’ ta' ħajja aħjar jekk ikun hemm inċentivi u investiment minn naħa tal-pajjiż f’infrastruttura għal mezzi ta’ trasport nadif u alternattiv bħar-roti u roti elettriċi.

Ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, l-Prof. Arnold Cassola qal li ”Ekonomija sostenibbli u xogħol dinjituż jiddependu minn kumpaniji
żgħar. Illum qed nitfgħu dawl fuq kif policies li jħarsu s-saħħa tan-nies, itejbu l-kwalità tal-arja u jagħmlu t-toroq tagħna aktar siguri jistgħu joħolqu x-xogħol u jsostnu l-SMEs f’pajjiżna. Bħala Alternattiva Demokratika nemmnu li l-proposta tagħna ta’ Malta Zero Carbon sas-sena 2050 – iġifieri li ninqatgħu minn użu ta’ fuels li jniġġsu bħad-diesel u l-petrol, u li jfissru wkoll flejjes kbar li joħorġu ‘l barra mill-ekonomija ta’ pajjiżna, tfisser aktar flus fl-ekonomija, aktar investiment fil-kwalita’ tal-ħajja tan-nies u aktar xogħol.”

“Fost il-proposti hemm dawk dwar industriji ta’ retrofitting ta’ karozzi u ta’ vetturi elettriċi, ta’ enerġija alternattiva u nadifa, ta’ batteriji għal diversi sistemi ta’ trasport, ta’ użu effiċjenti tal-enerġija, fost oħrajn. Malta Zero Carbon 2050 tfisser investiment f’negozji lokali u żgħar, permezz ta’ grants u self b’interessi baxxi per eżempju biex jiġu inċentivati oqsma li huma ta’ prijorità ambjentalment u soċjali.

L-investiment f’negozji lokali iffisser li l-ġid li jinħoloq jibqa’ fl-ekonomija lokali minflok joħroġ mill-pajjiż billi jmur lejn multinazzjonali, li ftit jinteressahom mill-komunitá lokali.”

Il-kelliem ta’ AD Ralph Cassar qal li ”jsir diskors dwar proġetti bħal mini taħt il-baħar u għexieren ta’ biljuni fuq sistemi massiva ta’
trasport taħt l-art, u jintefqu miljuni kbar f’toroq magħmulin għal karozzi biss. Aħna  biex issir sistemi nazzjonali ta’ toroq għar-roti u roti elettriċi tul il-bypasses kollha. Qed insejħu biex ikun hemm inċentivi biex in-nies jitħajru jużaw ir-roti u roti elettriċi għall-commuting. Ma tagħmilx sens li jkun hemm ostakli bħal bżonn ta’ reġistrazzjoni ta’ roti elettriċi. l-użu tagħhom għandu jkun faċilitat u mhux imxekkel. L-investiment f’infrastruttura għar-roti u roti elettriċi u inċentivi fiskali biex jingħataw spinta jqum ħafna inqas minn infieq fi flyovers u mini u dawn il-proġetti u inċentivi jistgħu jsiru relattivament malajr."

Skont figuri minn Londra l-introduzzjoni ta’ ‘bicycle superhighways’ żied l-użu tar-roti b’60%
(1). Figuri oħra juru tnaqqis ta’ 35% fil-ħin tal-vjaġġ tal-vetturi meta tul toroq prinċipali ġew introdotti lanes separati u siguri
għar-roti

(2). Għal kull persuna li tuża r-rota ikollok anqas traffiku, u anqas tniġġis.

More in Politika