Micallef: 'Ħa nservi ta' tarka kontra l-mibgħeda u l-ħdura ta' DCG u l-pupazz tagħha'

Titlaqqa' l-Konferenza Ġenerali tal-PL u jattendu għaliha mijiet ta' attivisti biex juru l-appoġġ lill-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle

Jean Claude Micallef, eks-membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN
Jean Claude Micallef, eks-membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN

Dalgħodu qed titlaqqa' l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista u li għaliha qed jattendu mijiet ta' Laburisti li marru l-Ħamrun biex jagħtu appoġġ lill-Prim Ministru. Barra l-binja taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, inġabret folla mdaqqsa ta' attivisti.

Ftit tal-ħin ilu tkellem Jean Claude Micallef eks-membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, li qed jidher f'attività tal-Partit Laburista,għall-ewwel farba. Hu ta' l-appoġġ kollu tiegħu lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Hu qal li hu se jkun, bħala kandidat ġdid tal-PL, qed jiġġieled kontra l-mibgħeda u l-ħdura "ta' Daphne Caruana Galizia u l-pupazz tagħha."

Micallef se jkun  kandidat fit-tielet u s-sitt Distrett. 

L-MPE Laburista Miriam Dalli qalet illi min huwa għatxan għall-poter u min irid il-poter akkost ta' kollox ma jista' qatt jifhem lil dawk li huma fil-bżonn. "Aħna spalla ma' spalla ma' Joseph Muscat biex nagħmlu l-ħajja tan-nies aħjar." 

Il-Ministru Zammit Lewis wissa li jekk se jibqgħu jsiru l-attakki kontra l-PM Muscat, Simon Busuttil se jsib lill-Partit Laburista kollu kontrih. Il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal illi dik tal-aħħar ġranet il-PN kienet 'gidba faħxija'. Micallef fakkar fis-suċċessi ta' dan il-Gvern, speċjalment dawk ekonomiċi kif ukoll il-miżuri soċjali li ħa l-istess Gvern f'dawn l-aħħar erba' ġimgħat.

More in Politika