PN: Muscat irid jagħmel dibattitu fuq Xarabank 'għax qiegħed dahru mal-ħajt'

Il-PN ifakkar illi Muscat ilu jaħrab tliet snin...

"Pajjiżna jinsab fi kriżi politka u kostituzzjonali bi Prim Ministru taħt Inkjesta Maġisterjali." Stqarr dan il-Partit Nazzjonalista li qal illi "l-Prim Ministru jinsab f’paniku wara li saru allegazzjonijiet serji dwaru in konnessjoni mal-kumpanija Egrant u t-tranżazzjonijiet li saru fil-kont ta’ din il-kumpanija sigrieta.

"Issa, għax qiegħed dahru mal-ħajt, irid jagħmel dibattitu mal-Kap tal-Oppożizzjoni illejla fuq Xarabank," sostna l-PN 

Ilejla, il-Kap tal-Oppożizzjoni diġà huwa l-mistieden ta’ Xarabank u l-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandu l-ebda diffikultà li jagħmel dibattitu ma’ Muscat. Anzi, about time, għax il-Prim Ministru ilu jaħrab minn dibattitu fuq Xarabank għal tliet snin sħaħ. 

Għalhekk, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil m’għandux problema li jipposponi l-intervista li kellu skedata llejla fuq il-programm Xarabank, biex jaqsam il-ħin tiegħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat, temm jgħid il-PN 

 

More in Politika