Ajruplan privat jitlaq minn Malta lejn l-Ażerbajġan f'nofs ta' lejl

Kelliem għall-kumpanija sostna li l-vjaġġ ma kienx qed iġorr la passiġġiera u lanqas merkanzija

Jet privat tat-tip Bombardier Challenger 850 (9H-ILZ), operat minn VistaJet Malta, ħalla l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta f'titjira privata lejn Baku fl-Ażerbajġan f'nofs ta' lejl, preċiżament fl-3.56am.

Titjira bħal din tieħu madwar tmien sigħat sabiex tasal lejn l-Ażerbajġan u possibbilment tinkludi wkoll waqfa qasira sabiex jimtela l-fuel, lejn il-Greċja jew it-Turkija.

Is-sit FlightRadar, li jsegwi kull titjira madwar id-dinja, kkonferma l-ħin tat-tluq u tal-vjaġġ li ttieħed.

Kelliem għall-kumpanija Vistajet, ikkonferma mal-gazzetta Maltatoday li kien hemm fil-fatt titjira minn Malta lejn Baku iżda sostna li ma kien hemm l-ebda persuna abbord l-istess titjira, u lanqas li ma kien hemm l-ebda merkanzija. Insista li din it-titjira kienet biss 'ferry flight' li tieħu l-ajruplan fil-pajjiż, sabiex ikun jista' jinbeda vjaġġ ieħor ladarba dan jasal fid-destinazzjoni.

More in Politika