Joseph Muscat jitlob lill-Kummissarju biex tinfetaħ investigazzjoni

Il-Prim Ministru jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jiġi mqabbad maġistrat inkwerenti sabiex jinvestiga l-allegazzjonijiet fil-blogg ta' DCG

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien qed jintalab sabiex iqabbad maġistrat inkwerenti sabiex jipproċedi b'investigazzjoni.

Waqt li kien qed jagħmel intervent telefoniku fuq l-istazzjon One, sussegwentement inħarġet stqarrija mill-uffiċċju tal-Prim Ministru, Joseph Muscat qal li wara li ħa l-pariri neċessarji, talab lill-avukati tiegħu biex jagħmlu talba lill-Kummissarju tal-Pulizija, biex jinforma lill-Maġistrat tal-Għassa llejla stess sabiex jara l-allegazzjonijiet li saru fl-artiklu ppublikat minn Daphne Caruana Galizia fil-blogg tagħha llum stess u jitlob lill-Maġistrat tal-Għassa li jżomm inkjesta sabiex jiġu ppreservati l-provi kollha u jagħti direzzjoni lill-Avukat Ġenerali u lill-Kummissarju tal-Pulizija stess sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa jekk ikun il-każ.

 

More in Politika