Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Imma San Pawl vera ġie Malta?

X'kien ġara tassew? Programm ġdid dwar l-istorja ta' pajjiżna ma' Charles Xuereb fuq it-TVM

Albert Gauci Cunningham / 19 t'April 2017 11:14
Charles Xuereb iħares lejn l-istorja ta' pajjiżna...minn lenti aktar kritika
X’kien ġara tassew? Hi sensiela dwar kif inħarsu lejn l-istorja ta’ dawn il-gżejjer b’differenza: mhux kulma tgħallimna u qalulna fl-imgħoddi kien dejjem qrib sew tas-sewwa. Dis-sensiela għalhekk se tistaqsi ħafna domandi u tipprovoka diskussjoni fuq x’kien ġara tassew fil-passat tagħna bl-ewwel programm fuq il-kult ta’ San Pawl f’Malta, inkluż investigazzjoni dwar kienx tabilħaqq ġie f’dal-gżejjer jew le l-appostlu San Pawl. Il-programm isaħħaħ fehmtu bl-għajnuna ta’ riċerkaturi u akkademiċi esperti fl-oqsma tagħhom. Permezz ta’ filmati, xbiehat pertinenti u opinjonijiet qsar imma preċiżi s-sensiela se twassal dak kollu li s-soċjetà tagħna llum trid tħalli warajha fil-patrimonju storiku ta’ Malta u Għawdex.

Preżentazzjoni u kordinazzjoni: Dr Charles Xuereb

Produzzjoni: Deemedia Studios

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook