Ġurnalist Ingliż jipprova jirridikola lil Prim Ministru u lil Malta

Isejjaħ lil Prim Ministru bħala 'eks ġurnalist tar-Radju, żgħir u matnazz' u lil Malta bħala' l-ħuta żgħira li trid thedded lil eks ħakkiema' tagħhom

Ian Birrell
Ian Birrell

Ian Birrell, ġurnalist mad-Daily Mail li hi gazzetta pro Brexit u magħrufa bħala ‘tabloid’ konservattiva, kellu kliem iebes fuq il-Prim Ministru Malti u Malta dwar il-kwistjoni Brexit. Birrell li hu eks speech writer ta’ David Cameron kellu kliem diżpreġġativ dwar il-Prim Ministru Malti li sejjaħlu eks ġurnalist tar-Radju li qed iżomm ostaġġ lill-Ingilterra. Il-pajjiż li sa ftit żmien ilu kien il-ħakkiem tal-istess Malta. Hu sejjaħ ukoll lil Joseph Muscat u lil Malta bħala l-ħut ċkejken li jipprova jaqbad il-ħuta l-kbira. Fuq id-daily mail Ian Berrell kiteb, “Dan ir-raġel (għal Joseph Muscat) għandu d-destin ta’ pajjiżna f’idejh. Muscat 14-il sena ilu kien vuċi prominenti jopponi lill-istess pajjiżu biex ma jidħolx fl-ewropa. Iżda llum dan l-eks ġurnalist tar-Radju, li studja f’Universita Brittanika qed jipprova jgħallimna dwar it-trattat inferjuri li l-Ingilterra għġandha tistenna min-negozjati ta’ Brexit.”

 

Fil-kitba tiegħu Birrell ipprova jċekken lil Malta bħala pajjiż ċkejken daqs il-belt ta’ Bristol fejn Muscat il-kap ta’ dan l-iżgħar stat fl-Ewropa studja fl-Universita tagħha u ħa d-dottorat fil-filosofija. “Malta hi mmexxija minn gvern mtappan b’għajdut ta’ korruzzjoni li għandhom ekonomija 20 darba iżgħar minn kumpannija waħda kbira Ingliża. Iżda grazzi għal Brexit, Malta qed iżżomm ostaġġ lil dik li dfarba kienet l-ħakkiema kolonjali tagħhom.

 

Dwar Malta kiteb li dawn jitkellmu bl-Ingliż, għandhom taxxi baxxi u l-ekonomija tagħhom miexja tajjeb, “Ftit frak li jaqa’ min-negozju Ingliż jagġmel diferenza kbira fl-ekonomija tagħhom tant huma żgħar. Għalhekk jagħmlu tajjeb l-Ingliżi li jieħdu nota tal-post li għandu Muscat fit-top table tan-negozjati għax irridu niftakru li barra l-players tradizzjonali tal-Ġermanja u Franza hemm il-ħut żgħir bħal Muscat u Malta li wkoll jistgħu jheddu lil ħuta l-kbira.

 

Barra lil Muscat ipprova jċekken lil Tusk u l-aċċent Pollakk li bih tkellem il-lingwa Ingliża u lil Muscat sejjaħlu bħala matnazz aktar u aktar qasir minn Tusk.

 

More in Politika