Mill-101 ... għal ma' Glenn Bedingfield

Preżentatriċi popolari fuq ir-radju tal-PN tattendi attività ta' Glenn Bedingfield f'Birżebbuġa... 

Il-preżentatriċi popolari fuq Radio 101 Manila Bottone
Il-preżentatriċi popolari fuq Radio 101 Manila Bottone

Wara li l-gazzetta ILLUM irraportat kif l-eks membru tal-PN Jean Claude Micallef qata' kull kuntatt mal-istess partit permezz tal-apparenza tiegħu fuq programm fuq Net TV kien imiss personalità oħra li isimha kien sinonimu mar-radju tal-PN, il-101. Manila Bottone, li kienet tippreżenta programm ta' mużika fuq l-istess stazzjon u li għal xi żmien kienet ukoll tkun waħda mill-personalitajiet f'meetings tal-Partit Nazzjonalista, lbieraħ filgħaxija dehret fuq quddiem f'attività tal-Partit Laburista, organizzata mill-Kandidat Laburista u blogger Glenn Bedingfield.

Dan is-sit huwa infurmat li Bottone kellha diżgwid serju mal-istazzjon tal-PN li miegħu kienet impjegata.  

Manila Bottone, eks-preżentatriċi fuq ir-radju 101 fl-attività ta' Glenn Bedingfield
Manila Bottone, eks-preżentatriċi fuq ir-radju 101 fl-attività ta' Glenn Bedingfield

Fl-attività lbieraħ filgħaxija l-Prim Minstru u Mexxej Laburista Joseph Muscat fetaħ l-uffiċċju tiegħu f'Birżebbuġa, lokalità fil-ħames distrett illi fih kif żvela dan is-sit, mistenni jkun hemm ġirja qawwija minn lista twila ta' kandidati Laburisti. 

More in Politika