Miljun talba għall-ażil fl-2016

6 minn kull 10 immigranti applikaw għall-ażil fil-Ġermanja

Is-sena li għaddiet, iktar minn miljun ruħ, preċiżament 1.2 miljun ruħ applikaw għall-ażil f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Kien hemm bosta immigranti ġejjin mis-Sirja, l-Afganistan u l-Iraq li applikaw għall-protezzjoni internazzjonali.

Fil-fatt, 6 minn kull għaxra, li jammontaw għal 722,300 applikaw għall-ażil fil-Ġermanja. Warajha kien hemm l-Italja, b'121,200, jew 10% tal-immigranti, Franza b'76,000 immigrant jew 6%. Fil-Greċja kien hemm 49,900 applikazzjoni jew 4%, l-Awstrija 39,900, jew 3% u r-Renju Unit kien hemm 38,300 applikazzjoni għall-ażil, jew 3%.

Din l-informazzjoni ġiet ippubblikata fin-newsletter tal-MPE Alfred Sant.

More in Politika