FILMAT | Mistiedna 751 ċittadin mill-Ewropa ...iżda l-ebda Malti ma kien mistieden

'Jien iġġelidt favur ix-Shengen u jekk il-poplu jitlef mil-libertajiet li kiseb ikun rebaħ it-terroriżmu' - Roberta Metsola

L-ewwel jum tar-Rebbiegħa immarka wkoll jum storiku u ġdid għal parlament Ewropew li qed jagħmel minn kollox biex ikun eqreb lejn iċ-ċittadin u anke jisimgħu. Fis-60 anniversarju mit-trattat ta' Ruma  il-president il-ġdid, it-Taljan Antonio Tajani ddeċieda li jagħti leħen liċ-ċittadin Ewropew billi mela s-751 siġġu tal-parlament Ewropew b'ċittadini minn diversi pajjiżi Ewropej. Għalkemm wieħed irid isemmi li l-ebda ċittadin Malti ma sab post f'din is-sala mill-isbaħ għax ħadd mill-maltin ma kinux mistieden biex isemma leħnu. Innutajna wkoll li preżenti u jsemmgħu leħinhom kie hemm sindki i diversi ċittadini Taljani minn bosta reġjuni.  

Waqt id-diskors ta' Roberta Metsola
Waqt id-diskors ta' Roberta Metsola

Iżda ta' min isemmi li fost l-10 membri Parlamentari mistiedna kien hemm il-parlamentari Maltija Roberta Metsola li tkellmet u wieġbet mistoqsijiet dwar is-sigurta u t-terroriżmu fl-Ewropa. Metsola għalqet bil-lingwa Maltija fejn kellha diskors kemmxejn imqanqal meta qalet li hi iġġieldet ħafna biex kien introdott ix-shengen u jekk il-poplu Ewropew jitlef il-libertajiet li kiseb ikun rebaħ it-terroriżmu, "Uliedi li trabbew fil-Belġju jistaqsuni għaliex is-suldati jduru f'kull triq armati. Jien trabbejt f'pajjiż li qatt ma rajt suldat fit-trieq. U dan juri kemm hu diffiċli li trabbi ulied f'din il-klima. Hemm bżonn li naqsmu l-informazzjoni bejn kull pajjiż ħalli nwaqqfu l-atti terroristiċi qabel isiru." 

Iċ-ċittadini ewropej li fil-maġġoranza tagħhom kienu żgħażagħ urew it-tħassib tagħhom speċjalment f'dawk il-kumpaniji biljunarji li mhux iħallsu t-taxxi tagħhom inkela jħallsu ħafna inqas mill-ħaddiema li jħaddmu huma stess. Oħrajn tkellmu wkoll kif ir-reġjuni li jinsabu 'l bogħod minn bliet il-kbar qed jitilfu liż-żgħażagħ tagħhom għax m'hemmx xogħol fir-reġjuni tagħhom. Kien hemm min qal li għandu żewġ ulied gradwati u m'hemmx xogħol għalihom fil-Portugall. Bla dubju li kieneu sagħtejn mill-aktar interessanti fejn il-poplu mill-Ewropa tkellem u l-Parlament ewropew semgħu. Rapport dettaljat ta' dak kollu li ntqal u sar f'din il-ġurnata storika se jkunu pubblikati fil-ħarġa tal-ĦAdd tal-ILLUM għax l-ILLUm kien l-uniku gazzetta minn Malta  akkreditata u preżenti għal dan il-jum storiku fi Brussell.

More in Politika