Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Il-Ministru Farrugia ħa passi 'interni' u' amministrattivi' dwar il-każ tal-careorders

...ma jgħidx x'inhuma l-passi li ħa l-Ministeru imma jgħid li kienu jirriflettu l-istorja li dehret fuq il-gazzetta ILLUM

Albert Gauci Cunningham / 20 ta' Marzu 2017 18:21
Il-Ministru Michael Farrugia
Il-każ tal-implikazzjoni ta' Alfred Grxti dwar indħil li seta' sar biex każ ta' care order ma jibqax tali reġgħu tqajmu mid-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar. Hu staqsa jekk wara li dan is-sit kien kostrett jippublika l-parti tar-recording li titratta s-suġġett tal-care orders f'Għawdex, ħax passi dwat il-każ.

Il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali kkonferma li ttieħdet azzjoni li hu ddeskrivieha bħala 'interni u 'amministrattivi'. Dattugia ma speċifikax x'azzjoni ttieħdet fil-konfront ta' Grixti. Farrugia qal li l-azzjponi li ttieħdet kienet tirrifletti l-kontenut tal-istorja. 

L-implikazzjoni la kienet fuq Grixti innifsu u lanqas fuq il-Ministru Farrufia, l-implikazzjoni kienet ċarament marbuta ma' social worker. Dwar dan Grixi kien qal hekk: Fl-istess Sajf kellna l-istess każ ta' shaken baby ta' Ħaż żabbar u Għawdex. Ta' Ħaż Żabbar ħadnieh il-care order...identical l-każi identiċi dawn 'shaken baby ma' shaken baby'...t'Għawdex indaħlet il-Qorti b'dan żubbara ta' (isem is-social worker) social worker għax jaħdem fis-social unit bħal qabel  għax ma nbidel xejn ...  lill-qorti qallha jien naf il-familja r-raġel joħroġ 'l barra u l-omm marret tgħix mal-ġenituri u solvejna l-problema, mentri kellek każ ta' care order"  

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook