Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Theresa May se tibda l-proċess ta' Brexit nhar l-Erbgħa li ġej

Erbat ijiem wara li l-UE tiċċelebra s-60 sena tagħha, ir-Renju Unit se jibda l-proċess biex ma jibqax membru

Veronica Lynn Mizzi / 20 ta' Marzu 2017 13:09
Theresa May
Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May se tkun qed tibda l-proċess ta' Brexit u tħaddem artiklu 50 tat-Trattat ta' Liżbona, li mistenni jara l-ħruġ tar-Renju Unit minn mal-bqija tal-Unjoni Ewropea, nhar l-Erbgħa li ġej, 29 ta' Marzu.

Il-PM ħabbret li se tkun qed tikteb formalment ittra lis-27 pajjiż membru tal-UE bin-notifika li l-pajjiż se jkun qed jitlaq mill-Unjoni. May qalet kif se tkun qed tittama li n-negozjati għall-ħruġ ikunu mibdija malajr kemm jista' jkun.

Dan jiġi disa' xhur wara r-referendum li ra lill-Brexit jirbaħ b'51.9% tal-voti. Jekk kollox jimxi skont il-pjan, in-negozjati mistennija jintemmu fi żmien sentejn, u sal-2019, ir-Renju Unit ma jibqax jitqies bħala wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Id-diskussjonijiet u negozjati dwar Brexit ma setgħux jibdew iseħħu sakemm fil-fatt, il-Prim Ministru tħaddem artiklu 50. Dan jiġi erbat ijiem biss wara li l-Unjoni Ewropea tkun qed tiċċelebra s-60 sena mit-twaqqif tagħha permezz tat-Trattat ta' Ruma.

Segwina fuq Facebook