Daqqa ta' ħarta għall-prospetti ta' koalizzjoni bejn Marlene u l-PN

Il-Partit Demokratiku, qal li pajjiżna laħaq abbiss 'li kien ilu ma jidher sa mill-bidu tat-tmeninijiet'

Fid-dawl tal-istqarrija tal-grupp db, li lbieraħ qal kif kien qed iħallas il-pagi ta' żewġ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Demokratiku, fi stqarrija qal li pajjiżna niżel f'abbiss "li kien ilu ma jidher sa mill-bidu tat-tmeninijiet."

Il-PD kompla jgħid li "l-ftit tama li l-familji kellhom fit-tiġdid tal-Partit Nazzjonalista, ġie mormi bl-istess mod li ntremiet il-fiduċja li tefa' fil-Moviment Laburista erba' snin ilu." Dan jitfa' dell ikrah u jagħti daqqa ta' ħarta serja lill-prospetti ta' koalizzjoni bejn il-PD u l-PN fl-elezzjoni ġenerali li ġejja, li kienet ilha tissemma' fil-passat.

Il-PD kompla billi appella sabiex il-poplu jħares 'il quddiem u jemmen fil-Forza Nazzjonali tan-Nies li se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss u toffri alternattiva ta' gvern nadifa u kredibbli. Fl-istess waqt, il-Partit appella li qed iħares lejn il-President tar-Repubblika u l-Awditur Ġenerali biex jiżguraw li "pajjiżma ma jibqax jiġi misruq mill-assi nazzjonali minn dan il-gvern u l-kollaboraturi tiegħu."

More in Politika