'Beppe hu responsabbli bħalma hu stess kien qal għal Joe Cordina'

' jekk simon qed jgħid li l-proġett tal-ITS hemm il-korruzzjoni...allura Demarco hu korrott?'

Il-Prim Ministru beda diskors tiegħu fl-Isla bili elenka ix-xogħol li twettaq f'dawn l-aħħar erba snin immirat lejn il-mara fis-soċjeta. Min-naħa tiegħu Busuttil fil-marsa qal li statsitikament Malta waqgħet 24 pożizzjoni fejn tidħol l-ugwaljanza tal-mara. Muscat qal ukoll li l-Kap tal-oppożizzjoni jrid jitfa lil Malta lura u jrid jiġġammja l-ekonomija filwqt li semma s-suċċess fin-nuqqas ta nies qiegħdha, "fejn kważi wasalna fi stat fej in-nies qigeħdha se jkunu dawk li s-=soltu jgħoddu n-nies qiegħda għax ma jkunx hawn bżonnhom" qal il-Prim Ministru. Joseph Muscat qal li Simon Busuttil hu bniedem diviż u vendikattiv u fejn il-Partit Laburista jaċċetta lil kulħadd u skont il-wegħda elettorali, 'li tista ma taqbilx imma tista taħdem magħna. Busuttil jgħid li min ma jaqbilx magħna nkeċċuh."

Hawnhekk issemma li każ ta' Beppe Fenech Adami 'Beppe kien qal qabel l-aħħar elezzjoni li Joe Cordina hu responsabbli la hemm ismu,  irrelevanti kienx jaf x'inhu għaddej u Joe Cordina għażel li ma jikkontestax magħna. Issa hu x'se jagħmel?' Busuttil qal li Beppe Fenech Adami u  “m'għandu l-ebda interess personali.”

Dwar l-inkjesta fejn jgħid li investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus waqfet wara li tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, Simon Busuttil qal li jrid min jerfa’ r-responsabbiltà għax Beppe Fenech Adami kien qed ikun mistoqsi l-mistoqsijiet b’rabta ma’ dan il-każ. Il-Prim Ministru reġa tenna li fil-każ ta' Toni Bezzina hemm potenzjal qawwi ta' frodi.

Sadattant Simon Busuttil fil-marsa attakka l-proġett li se jsir fuq l-art tal-ITS f’San Ġiljan. Muscat qal li għaddewlu l-messaġġ li Simon Busuttil attakka dan il-proġett fejn għan-naħa tal-privat innegozja l-kuntratt il-Viċi-Kap, Mario De Marco, permezz tal-kumpanija legali tiegħu. Simon Busuttil qal li se jgħaddi dan il-kuntratt bie xjiġi nvestigat mill-awditur ġenerali. "Jista jinvestiga kemm irid m'għandniex x'naħbu," kompla Muscat, "Iżda jekk qed jgħid li hemm il-korruzzjoni mela Demarco korrott?" Muscat staqsa jekk hu Demarco biss għandu kunflitt ta' interess? Hu temm id-diskors tiegħu billi qal li l-poplu se jagħżel lil moviment laburista għax se jagħżel bejn id-diviżjoni u l-vendikazzjoni u min irid jaħdem.

 

 

 

More in Politika