L-Isqfijiet ifakkru li għada s-sawm huwa obligu għal kull Kattoliku

...Il-Knisja F'Malta se timmarka l-Erbgħa tal-Irmied f'bosta knejjes u fil-Kon Katidral ta' San Ġwann 

Ras ir-Randan, għada jimmarka l-bini
Ras ir-Randan, għada jimmarka l-bini

Għada huwa L-Erbgħa tal-Irmied, il-Jum illi jimmarka l-perjodu tar-Randan, li jwassal għall-Ġimgħa l-Kbira u sussegwentement l-Għid il-Kbir. L-Isqfijiet Charles J Scicluna u Mario Grech fakkru illi għada kull Kattoliku bejn t-18-il sena u 60 sena huma obbligatu li jsumu. 

Il-Knisja, fi stqarrija, fakkret ukoll li f’Ras ir-Randan u nhar il-Ġimgħa l-Kbira, kull min għalaq it-18-il sena u għadu ma daħalx fis-60 sena u mhux skużat minn xi raġuni serja, għandu d-dmir li jsum, waqt li kull min għalaq l-14-il sena għandu l-obbligu li jastjeni milli jiekol laħam jew ikel ieħor li jogħġbu ħafna.
Filwaqt li tinkuraġġixxi l-penitenza fi żmien ir-Randan, l-Knisja fakkret li fost il-jiem u ż-żminijiet tal-penitenza hemm il-jum tal-Ġimgħa matul is-sena kollha.

More in Politika