€2,000 multa kull wieħed talli ġelldu s-sriedaq

...wara li nqabbdu jġelldu is-sriedak f'Ħal Qormi 

It-tliet irġiel arrestati talli inqabdu fil-fatt iġelldu s-sriedaq f'Ħal Qormi, kienu mmultati €2,000 kull wieħed. Ilbieraħ l-Ispetturi Roderick Agius u Colin Sheldon akkużaw lil Johann Saliba ta' 37 sena, Adrian Pace ta 22 sena u Matthew Micallef ta' 21 sena b'numru ta' offiżi. Fost l-akkużi hemm moħqrija tal-annimali li kienu fil-kura tagħhom u li ma żammewx lill-istess annimali fil-kundizzjonijiet mistennija. 

Offiżi ta' dan it-tip huma punibbli b'multi li jibdew minn €1,000 u jibqgħu sejrin sa €55,000 u massimu ta' tliet snin priġunerija. 

It-tliet priġunieri ammettew l-akkużi miġjubin kontrihom.

More in Politika