Il-Gvern jagħti fondi għat-tisħiħ ta' servizzi ta' għajnuna lil persuni LGBTIQ

Rainbow Suppport Services jingħataw għajnuna ta' €135,000....l-għan tas-servizzi huwa li jgħinu persuni li jkunu għaddejjin minn problemi u sfidi minħabba s-sesswalità tagħhom

Il-Gvern jagħti għajnujna lil Rainbow Support Services
Il-Gvern jagħti għajnujna lil Rainbow Support Services

Ir-Rainbow Support Services, li tipprovdi l-appoġġ lill-komunità LGBTIQ se tkun qed tibbenefika mnn €135,000 f'fondi fuq it-tliet snin li ġejjin. Dan jiġi wara ftehim bejn Il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia u l-MGRM li qed topera dawn is-srvizzi, bil-għan li jgħinu persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna jew li jkunu għaddejjin minn problemi emozzjonali/psikoloġiċi minħabba s-sesswalità tagħhom.

F'konferenza tal-aħbarijiet il-Koordinatriċi tal-MGRM Gabi Calleja qalet illi dan il-ftehim jagħti ċerti stabilità, lis-servizzi offruti u jfisser li jkun hemm iktar fondi għal proġetti fit-tul. 

Il-Ministru Farrugia, minn naħa tiegħu, qal illi dan il-ftehim huwa wieħed minn serje ta' ftehim li l-Ministeru tiegħu qd jagħmel ma' diversi għaqdiet non governattivi. 

 

 

More in Politika