Il-persuni bla xogħol jonqsu b'1,700 - Simon Busuttil jitfa' dubji fuq l-istatistika

2,889 persuna jfittxu x-xogħol matul Jannar li għadda

In-numru ta' persuni jirreġistraw għal xogħol matul ix-xahar ta' Jannar naqas għal 2,889 meta mqabbel mal-4,710 li kien hemm jirreġistraw matul l-istess xahar tas-sena ta' qabel.

Informazzjoni ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika b'informazzjoni minn Jobsplus, jidher tnaqqis ta' 1,691 persuna li tirreġistra taħt Part I u tnaqqis ta' 130 f'dawk f'Part II.

Meta mqabbel Jannar ta' din is-sena ma' dak tas-sena li għaddiet, ġie reġistrat tnaqqis f'kull grupp ta' età, u naqas l-ammont irrispettivament minn kemm kienu ilhom jirreġistraw. 

L-ikbar tnaqqis ġie reġistrat fost persuni li kienu ilhom jirreġistraw għal impjieg għal iktar minn sena. 

Anke l-persuni b'diżabbiltà li kienu qed ifittxu xogħol, naqas bi 22 persuna, għal 319.

Intant Simon Busuttil f'laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ tefa' dubji fuq il-figuri tal-qgħad.  'Il-Gvern poġġa eluf ta' persuni fil-lista ta' dawk li jaħdmu mal-Gvern, meta setgħu  jkunu użati aħjar mal-privat," sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni. Huwa staqsa jekk il-figura tal-qgħad kinitx reali.

More in Politika