'Qgħadt bilqiegħda biex nipprova nifhem fuq xhiex qed jinbaħ'

L-Editur Maniġerjali tal-Mediatoday Saviour Balzan jgħid illi l-protesta tal-bieraħ kienet "reċta politika oħra bħar-reċti taż-żewġ partiti politiċi"

Saviour Balzan , Editur Maniġerjali tal-Mediatoday
Saviour Balzan , Editur Maniġerjali tal-Mediatoday

"Meta Simon Busuttil jimxi fit-toroq illum (ilberaħ) u waqt il-protesta jilmenta dwar it-theddida li qed jgħid li jara għall-libertà tal-espressjoni jien se noqgħod bilqiegħda u nipprova nifhem fuq xhiex qed jinbaħ." Hekk saħaq l-Editur Maniġerjali tal-Mediatoday, magħruf għall-opinjoni pjuttost voċifera tiegħu fuq diversiu kwistjonijiet, imma speċjalment kwistjonijiet politiċi. 

Fl-artiklu li kien ippublikat ilbieraħ fuq il-gazzetta Maltatoday, Balzan jistaqsi x'qiegħed verament jinkwieta lil Simon Busuttil u jekk verament jemminx li Joseph Muscat huwa xi ħadd li se jieħu lill-pajjiż lura għas-snin 80 (Ara l-Editorjal tal-gazzetta ILLUM mibni fuq din it-tema). "Tlift ħafna każijiet u libelli kontra Ministri Nazzjonalisti u anke Laburisti, kont arrestat taħt Gvern Nazzjonalista u kont msawwat u arrestat taħt Gvern Laburista. Qed nipprova nifhem jekk xi ħadd tilifx il-boxxla, jew le." Balzan qal illi l-protesta li għamel il-PN ilbieraħ, mlaqqma bħala parti mill-ġlieda għall-libertà tal-espressjoni u d-demokrazija, kienet reċta politika "bħar-reċti li rajna fl-aħħar xhur miż-żewġ partiti." 

 

More in Politika