Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Bezzina tefa' talba biex l-applikazzjoni għal villa taħt l-Imdina tkun irtirata

....wara li aktar kmieni illum kien irrapurtat li fil-fatt l-applikazzjoni ta' Bezzina ma kinitx irtirata

Albert Gauci Cunningham / 17 ta' Frar 2017 12:15
Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina
Kelliem tal-Partit Nazzjonalista kkonferma ma' dan is-sit li t-talba biex l-applikazzjoni għal żvilupp taħt l-Imdina mid-Deputat Toni Bezzina diġa għaddiet għand l-Awtorità tal-Ippjanar. Dan wara illi f'post fuq il-blogg tiegħu aktar kmieni llum, Glenn Bedingfield qal illi s'issa Bezzina għadu m'irtirax l-applikazzjoni li wasslet għal kritika lejn Bezzina u l-PN, minħabba li l-applikazzjoni kienet fuq art barra ż-żona tal-iżvilupp (ODZ).

L-applikazzjoni ta' Bezzina kienet tinkludi ir-restawr ta' binjiet eżistenti imma wkoll l-iżvilupp ta' pixxina, uffiċċju u kmamar tas-sodda. L-applikazzjoni wasslet għal talbiet għar-riżenja ta' Bezzina mill-Partit Laburista u mill-Alternattiva Demokratika. Intant ftit wara li kienet żvelata l-applikazzjoni Bezzina ħabbar li se jkun qed jirtra l-istess applikazzjoni biex, fi kliemu, ma jintużax biex ikun attakkat il-Partit Nazzjonalista.   

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook