Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

'Jeħtieġ ikollna Ewropa li tirrispondi għall-preokupazzjonijiet taċ-ċittadin'

Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qal li jeħtieġ nibnu fuq is-suċċessi ta' dawn l-aħħar 60 sena ta' UE

Staff Reporter / 16 ta' Frar 2017 15:38
.
Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, laqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-Plenarja llum tat-tliet rapporti minn Guy Verhofstadt, Mercedes Bresso, Elmar Brok, Reimer Boge u Pervenche Beres, li huma maħsuba biex jiftħu d-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea.

Skont il-President Tajani, "Jeħtiġilna ngħelbu d-distakk bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha. Il-Parlament Ewropew qed jindika biċ-ċar orjentament dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, lejn Unjoni li tirrispondi għall-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini u li twettaq riżultati aktar konkreti.

Il-Parlament Ewropew jinsab fil-qalba ta' dan l-isforz għat-tisħiħ tal-Ewropa biex issir aktar effikaċi. Bħala leħen iċ-ċittadini, aħna jeħtiġilna niżguraw li ċ-ċittadini jkunu fil-qalba tal-ġejjieni tal-Unjoni.

Jeħtiġilna nibnu fuq is-suċċess ta' dawn l-aħħar sittin sena, filwaqt li nisiltu tagħlimiet mill-iżbalji tagħna. L-Ewropa jeħtiġilna nibdluha, mhux indgħajfuha. Dan nagħmluh għalina nfusna, imma wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri li jistħoqqilhom Ewropa sostenibbli u ta' aktar prosperità li tasserixxi ruħha bħala mexxejja globali u tafferma l-valuri tagħna fid-dinja."

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook