Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

[Aġġornata] Il-Gvern jipproponi 'Reġistratur tal-Midja' ... inkluż għal siti elettroniċi

...anke siti elettroniċi jeħtieġ ikunu parti minn dan ir-reġistru 

Albert Gauci Cunningham / 16 ta' Frar 2017 13:41
Fl-abbozz ta' liġi li ressaq il-Gvern intitolat 'Media and Defamation Act'  u li għandu jirregola l-mezzi tax-xandir qed ikun propost illi jinħoloq Reġistratur tal-Midja li fih jiddaħħlu d-dettalji kollha tal-midja partikolari. Il-gvern qed jipproponi illi f'dan ir-reġistru jiddaħħlu d-dettalji tal-midja u li dan ikun miftuħ għall-pubbliku bi ħlas ta' miżata. Skont il-liġi proposta huwa l-Prim Ministru li jaħtar dan ir-Reġistratur b'avviż fil-gazzetta tal-Gvern. 

Dan ir-reġistru se jkun jinkludi kull tip ta' midja, inkluż siti elettroniċi, fosthom bloggs. Ir-Reġistratur tal-Midja se jkollu l-poter li ikkanċella reġistrazzjoni reġistrazzjoni ta' gazzetta jew sit eletroniku jekk ikun mitlub mill-editur, jekk il-gazzetta ma tkunx ippubblikata f'perjodu li jeċċedi t-tliet xhur, jekk is-servizz tax-xandir ma jkunx liċenzjat u jekk is-sit ma jibqax jeżisti għal perjodu ta' aktar minn tliet xhur.

Fin-nuqqas li xi ħadd jirreġistra ikun hemm multa ta' €1,000. 

Intant il-Malta Information Technology Law Asociation (MITLA) ftit tal-ħin ilu ħarġet stqarrija illi fiha qed turi t-tħassib sejru tagħha fuq din il-parti tal-liġi, li għad trid tgħaddi mill-Parlament. Il-MITLA saħqet illi hija ikkonċeenata li l-obbligazzjonijiet għal websites, illi jirreġistraw ma' Reġistratur tal-Midja. 


 

 

 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat editur tal-gazzetta Illum f'Lulju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print u magħruf għall-istejjer investigattivi tiegħu. Qabel ma sar ġurnalista kien għalliem tal-Ingliż u jikteb fuq il-ġurnali bħala opinjonista dwar temi soċjali u politiċi.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook