'Inħarqu man għax se jkollkom titqannaw bija'

Dak li ħabbarna fuq dan is-sit fil-bidu tal-ġimgħa jidher li se jseħħ

Salvu Mallia jidher li se jkollu programm televiżiv fuq NET TV hekk kif ħabbarna iktar kmieni din il-ġimgħa fuq dan is-sit.

Fil-fatt, wara li diversi setturi tal-media rrappurtaw kif Beppe Fenech Adami jrid lil Salvu Mallia fuq it-TV tal-partit, Mallia ħareġ jinki bl-istil inimitabbli tiegħu fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook fejn qal lill-avversarji tiegħu li se jkollhom jitqannew bih.

Fil-kumment tiegħu, Mallia talab lil-Laburisti tal-One biex jgħidu lil "Joseph li meta neħħew 'Madwarna' bela' kanna li se tispiċċa tħallih tal-post" u fl-istess ħin, irringrazzja lil Joseph Muscat.

 

More in Politika