Iktar minn 6,600 Ingliż li jgħixu Malta jistgħu jkollhom imorru lura pajjiżhom

Biża' illi s-servizz tas-saħħa għall-Ingliżi ma jibqax b'xejn u għalhekk eluf kbar ta' Ingliżi ikollhom imorru lura f'pajjiżhom

Mijiet ta' ta' eluf ta' Ingliżi jistgħu jkunu sfurzati jmorru lura fir-Renju Unit jekk il-Gvern Ingliż ma jiggarantixxix illi s-servizz tas-saħħa fil-pajjiż fejn ikunu qed jgħixu jibqa' jingġħata mingħajr ħlas. Din hija t-twissija li qed jagħmlu diversi persuni li qed jikkampanjaw għall-ċittadini mir-Renju Unit li jgħixu f'pajjiżu oħajn. 

F'Malta, skont l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, hawn ftit iktar minn 6,600 immigrant mir-Renju Unit li kollha għandhom id-dritt li jingħataw servizzi relatati mas-saħħa mingħajr ħlas. 

Is-sit The Guardian irraporta kif il-House of Commons kienet infurmata minn kumitat li qed imexxi u jagħti pariri dwar materji relatati mal-Brexit illi bħala effett tal-Brexit jista' jkun hemm eluf ta' migranti Brittaniċi, f'impjieg jew irtirati li jmorru lura f'pajjiżhom. Dan hekk kif ħafna minnhom ma jkunux jifilħu jħallsu għal servizz tas-saħħa privat. 

Dan apparti li hemm dubji kemm professjonisti, bħal nies fil-mediċina u l-liġi se jibqgħu rrikonoxxuti fid-dixxiplini tagħhom fil-pajjiż fejn qed jaħdmu bħalissa. L-istess sit irraporta kif fl-Italja biss hemm 383 professjonist fl-Italja biss. 

 

 

 

More in Politika