'Il-mistednin f'pajjiżna li ma josservawx ir-regoli għandhom jintbagħtu lura'

Il-Maġistrat Joe Mifsud iżomm mal-linja ta' ħsieb tiegħu illi barranin li jxellfu difrejhom mal-liġi għandhom ikunu deportati 

Il-Maġistrat Joe Mifsud
Il-Maġistrat Joe Mifsud

Mara Marokkina ta' 41 sena ngħatat piena ta' ftit inqas minn tliet snin ħabs, wara li ammettiet illi serqet madwar €6,000 fi flus kontanti, minn kullana ta' serqiet. Fil-mira, jidher li kien hemm il-komunità Afrikana, li hi stess tagħmel parti minnha.  

Meriam Abdussalam Mouaddea, milll-Marokk ġiet akkużata dalgħodu illi serqet minn tliet appartamenti differenti fl-aħħar seba' xhur. L-ispetturi Robert Vella u Nicholas Vella spjegaw kif il-mara kienet arrestata lbieraħ b'konnessjoni ma' serq ta' €282 fi flus kontanti minn San Ġwann, liema serqa seħħet ilbieraħ stess. Il-Pulizija akkużaw ukoll lill-mara b'serqiet ta' €4,000 fi flus kontanti u €2,420 fi flus kontanti u ġojjellerija minn appartamenti f'San Pawl il-Baħar.

Il-vittmi kollha tal-mara huma Afrikani.  

Il-Maġistrat Joe Mifsud, li quddiemu dehret din il-mara, ma tgawdix il-protezzjoni ta' refuġjat u għalhekk, sostna Mifsud, 'dawk il-mistednin li ma josservawx ir-regoli u joħolqu tensjoni soċjali għandhom jintagħtu lura.' 

L-Avukat Joe Brincat spjega kif din il-mara kienet qed tieħu ħsieb lil persuna f'Malta, imma din l-istess persuna li kienet qed tieħu ħsieb kienet telqet u ħallietha waħedha. 

 

 

More in Politika