Biex se noħorġu ilejla? B'tallinja hux ...

L-MPT għaddejja b'diskussjonijiet biex aktar tard din is-sena s-servizz ta' trasport pubbliku matul il-lejl jkun estiż u aktar frekwenti ... 

Trid tixrob u ma tistax issuq? Se jiżdiedu x-xarabnks billejl matul din is-sena
Trid tixrob u ma tistax issuq? Se jiżdiedu x-xarabnks billejl matul din is-sena

Bħalissa l-Malta Public Transport (MPT) għaddejja b'diskussjonijiet biex matul din is-sena jkun mniedi servizz tat-trasport pubbliku aktar frekwenti matul il-lejl. Dan żvelah ma' dan is-sit il-General Manager tal-MPT Konrad Pulè li żvela kif bħalissa l-MPT qed tiddiskuti u tevalwa s-servizz li qed jingħata matul il-lejl bħalissa u kif dan jistà jsir aktar frekwenti. 

 'Qed inħarsu lejn is-servizz li qed jiġi offrut bħalissa u li qed jintuża minn ftit wisq passiġġieri. Fil-fatt is-servizz qed jintuża minn medja ta’ ħames persuni kull ġimgħa biss.'

Pulè indika li l-MPT se jkun qiegħed jikkapitalizza fuq it-track record tat-trasport pubbliku f'dak li jikkonċerna sigurtà u anke liġijiet aktar ħorox kontra x-xorb u s-sewqan. 

'Għandna track record pożittiv fis-sigurtà u se nkunu qed nużawh biex matul l-2017 noħolqu sistema aktar frekwenti u affiddabbli matul il-lejl.’

Konrad Pulè żvela illi fiż-żmien li ġej l-MPT se tkun qed tibda kampanja biex tħeġġeġ lin-nies jużaw is-servizz matul il-lejl, li mistenni jsir aktar frekwenti. ‘Mhux qed ngħidu li se jkun kull 10 minuti, imma ma nistgħux nibgħu b'servizz ta’ xarabank li tgħaddi kull siegħa u nofs. Naturalment bħalissa qed niddiskutu frekwenzi differenti, f’ħinijiet differenti matul il-lejl.'

Pulè għamilha ċara li t-tibdiliet u t-titjib fis-servizz se 'jseħħu żgur' matul l-2017. 

Is-servizz ta' matul il-lejl, minkejja li jrid iżomm mal-istess livelli ta' sigurtà u kwalità, mhux issusidjat mill-Gvern, bħar-rotot ta' matul il-jum. 

More in Politika