Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Tmienja okkupaw l-art illegalment u sitta kellhom il-kirja skaduta

Il-PM Muscat jgħid fil-Parlament li tal-gabbani ma ġewx rikolati għal post ieħor -  il-proġett ta' Pjazza Tritoni iżda se jinkludi 10 gabbani

Albert Gauci Cunningham / 10 ta' Jannar 2017 19:48
Il-gabbani fil-Belt...tneħħew biex jagħmlu spazju għal Pjazza li, iżda, se tinkludi 10 gabbani ġodda
Tmienja mill-gabbani li kien hemm fid-daħla tal-Belt kienu, fil-fatt, qed jokkupaw l-art illi minn fuqha kienu qed joperaw in-negozju illegalment. Dan apparti li sitt gabbani oħrajn kellhom il-kirja tterminata fl-2011 iżda baqgħu jokkupaw l-istess gabbana, hekk kif kien mifhum li l-proġett ta' Pjazza Tritoni kien wasal biex jibda. 

Dan żvelah il-Prim Ministru Joseph Muscat, li taħtu jaqa' s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Artijiet, ilejla fil-Parlament fi tweġiba Parlamentari, għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo. Muscat qal illi 'ebda waħda minn dawn il-gabbani ma giet rilokata f’post permanenti jew temporanju.' 

Muscat ma weġibx il-mitroqsija ta' Arrigo li tirrelata ma' kemm il-ħaddiem tilef xogħolu bl-għeluq tal-gabbani in kwistjoni l-ġimgħa l-oħra.

Intant l-ILLUM ilha ssegwi din l-istorja u lura f'Lulju tas-sena l-oħra kienet żvelat kif il-proġett mistenni jinkludi 10 gabbani, b'diżinn partikolari u li jixraq lid-daħla tal-Belt Valletta. Bħalissa ix-xogħol madwar il-Monument ta' Kristu Re, magħrufa bħala ż-żona tal-Biskuttin, jinsab fi stadju avvanzat. 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat editur tal-gazzetta Illum f'Lulju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print u magħruf għall-istejjer investigattivi tiegħu. Qabel ma sar ġurnalista kien għalliem tal-Ingliż u jikteb fuq il-ġurnali bħala opinjonista dwar temi soċjali u politiċi.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook